Skip to main content

A.10 X’inhu mistenni minni bħala parteċipant?

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma’ mill-vjaġġaturi żgħażagħ u tinkoraġġihom jaqsmu l-esperjenzi u l-avventuri tagħhom. Għalhekk il-parteċipanti kollha jistgħu jsiru Ambaxxaturi ta’ DiscoverEU. Huma mistednin jaqsmu l-esperjenzi tal-ivvjaġġar tagħhom permezz tal-media soċjali jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom. Il-parteċipanti huma mistiedna jingħaqdu mal-Grupp uffiċjali ta’ Facebook #DiscoverEU.

A.9 Issir verifika tal-identità jew tar-residenza jekk ningħata pass tal-ivjaġġar?

Iva. Meta timla l-formola biex tibbukkja, se tintalab ittella’ kopja ta’ dokument tal-identità validu (passaport, karta tal-identità nazzjonali jew karta ta’ residenza), jew tieħu ritratt bil-kamera tal-apparat tiegħek.

Tista’ tintalab ukoll prova valida tar-residenza. Kun af li se tiġi aċċettata biss id-dokumentazzjoni uffiċjali mill-awtorità nazzjonali tar-residenza tiegħek. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati, jistgħu jiġu aċċettati dokumenti oħra ta’ sostenn bħall-kontijiet tal-elettriku jew il-kuntratti tal-kirjiet.
 

Subscribe to