Membru tal-familja jew ħabib li għandu iktar minn 18-il sena jista’ jivvjaġġa mal-parteċipant?
Iva, sakemm dawn jibbukkjaw u jħallsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar huma stess.
Iva, sakemm dawn jibbukkjaw u jħallsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar huma stess.
Ir-regola bażika hija li kull parteċipant se jkun intitolat għal biljett tal-ivvjaġġar li jiswa (medja ta’) EUR 255. L-ivvjaġġar se jsir biss fit-2 klassi. Madankollu, dan l-ammont jista’ jkun ogħla f’każijiet eċċezzjonali msemmija hawn taħt:
Le. Il-parteċipanti magħżula m’għandhomx jibbukkjaw il-biljetti tal-ivvjaġġar huma stess peress li biljetti mixtrija separatament mhux se jiġu rimborżati. Il-biljetti tal-ivvjaġġar għall-parteċipanti magħżula se jiġu bbukkjati, mixtrija u mibgħuta esklussivament mill-kuntrattur estern maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea qed teżamina l-possibbiltà li torganizza t-tieni ċiklu ta’ applikazzjonijiet fil-ħarifa tal-2018.
Is-selezzjoni se ssir skont il-pajjiż u skont in-numru ta’ biljetti tal-ivvjaġġar allokati għal kull pajjiż. Din l-allokazzjoni hija bbażata fuq il-proporzjon tal-popolazzjoni ta’ kull pajjiż meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali tal-Unjoni Ewropea. F’każ li jkun hemm inqas applikanti għal ċerti pajjiżi milli biljetti tal-ivvjaġġar previsti, il-biljetti tal-ivvjaġġar li jifdal jitqassmu fost il-pajjiżi fejn ikun hemm aktar parteċipanti mill-kwota prevista. Il-kwota għal kull pajjiż hija ppubblikata fl-anness I taħt ir-regoli u l-modalitajiet.
Is-selezzjoni tal-applikanti ssir permezz ta’ għodda ta’ reġistrazzjoni online disponibbli fil-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej. L-applikanti jridu jwieġbu 6 mistoqsijiet f’għamla ta’ kwizz u mistoqsija sussidjarja, li se tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li tikklassifika l-applikanti f’każ li jkun hemm għadd kbir wisq ta’ applikazzjonijiet meta mqabbel mal-baġit disponibbli. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu matul iċ-ċiklu ta’ applikazzjonijiet ta’ ġimagħtejn f’Ġunju 2018. Iż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali (eż. b’mobbiltà mnaqqsa, neqsin mid-dawl, eċċ) se jkunu intitolati għal appoġġ addizzjonali. Se jintgħażlu madwar 15,000 żagħżugħ u żagħżugħa matul iċ-ċiklu ta’ applikazzjonijiet ta’ Ġunju 2018.
Iva, applikazzjoni ta’ grupp tiġi assessjata bħala applikazzjoni waħda.
Il-proġett jipprevedi li l-parteċipanti jistgħu jivvjaġġaw b’mod individwali jew fi grupp ta’ massimu ta’ 5 persuni. Fil-każ ta’ grupp, irid jinħatar kap tal-grupp f’isem il-grupp. Il-kap tal-grupp jimla l-formola tal-applikazzjoni. Huwa jirċievu kodiċi meta jibgħat l-applikazzjoni, li mbagħad irid jikkomunikaha lill-membri tal-grupp biex jippermetti r-reġistrazzjoni tagħhom. Fuq il-bażi tal-kodiċi pprovduta mill-kap tal-grupp, il-bqija tal-membri tal-grupp jistgħu mbagħad jirreġistraw online, u jimlew id-data personali tagħhom.
Bħala regola bażika, il-parteċipanti se jivvjaġġaw bit-trejn. Il-pajsaġġi mit-trejns Ewropej dejjem jinbidlu, u joffru varjetà ta’ rħula u kampanja li jistgħu jwasslu liż-żgħażagħ biex jiskopru u jifhmu aħjar l-Ewropa.
Madankollu, biex jiġi żgurat l-aktar aċċess wiesa’ possibbli, il-proġett se joffri modi alternattivi ta’ trasport, bħall-karozzi tal-linja jew il-ferries.
L-użu ta’ titjiriet jiġi kkunsidrat biss fuq bażi eċċezzjonali, għal dawk iż-żgħażagħ li jgħixu:
Vjaġġ bir-ritorn wieħed biss jista’ jkun titjira. Wara, iż-żgħażagħ huma meħtieġa jivvjaġġaw bit-trejn jew b’mezzi alternattivi oħra (minbarra karozzi privati u xarabanks mikrija).
Iż-żgħażagħ jistgħu jivvjaġġaw bejn jum sa 30 jum inkluż. Huma jistgħu jżuru minn pajjiż wieħed sa erba’ pajjiżi barranim (mit-27 Stat Membru tal-UE biss) bi vjaġġ organizzat lura d-dar. Il-vjaġġ għandu jibda bejn id-9 ta’ Lulju 2018 u t-30 ta’ Settembru 2018.