Skip to main content

C.5 Kif nista’ nuża l-vjaġġ ’l barra jew ’il ġewwa?

Fuq il-pass tal-ivvjaġġar jiġi speċifikat il-pajjiż tar-residenza tiegħek. Dan ikun il-pajjiż li tkun ktibt fl-applikazzjoni tiegħek. Fuq il-pass tal-ivvjaġġar ma jistax ikollok pajjiż tar-residenza differenti minn dak miktub fl-applikazzjoni. L-ivvjaġġar bil-pass minn u lejn il-pajjiż tar-residenza tiegħek hu limitat għal vjaġġ wieħed ’il barra u ieħor ’il ġewwa.

C.2 Kemm nista’ nżur pajjiżi?

Tista’ tivvjaġġa lejn il-pajjiżi eliġibbli kollha li tixtieq.

Madankollu, in-numru ta’ jiem għall-ivvjaġġar hu limitat; eż. tista’ tkun barra mill-pajjiż sa xahar iżda f’dan ix-xahar ma tistax tuża aktar minn ċertu numru ta’ jiem għall-ivvjaġġar attwali (eż fuq ferrovija).

Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-mistoqsijiet t’hawn taħt. Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun ta’ suċċess, il-kuntrattur estern se jagħtik aktar informazzjoni dwar kif tippjana l-ivvjaġġar tiegħek.

 

C.14 Għandi nibbukkja u nixtri l-passes tal-ivvjaġġar jien stess?

Le. Ma tibbukkjax jew tixtri l-passes tal-ivvjaġġar u l-biljetti inti stess, peress li passes mixtrija separatament ma jiġux rimborżati. Il-passes tal-ivvjaġġar u kwalunkwe biljett komplementari jiġu bbukkjati, mixtrija u mibgħuta esklużivament mill-kuntrattur maħtur mill-Kummissjoni Ewropea u l-EACEA.

Għandek tikkunsidra wkoll li ma tibbukkja u ma tħallas ebda akkomodazzjoni qabel ma tkun ċert dwar id-dati tal-ivvjaġġar tiegħek u tirċievi l-pass tal-ivvjaġġar tiegħek.
 

Subscribe to