Skip to main content

C.16 Inkluża xi spiża minn dawn li ġejjin: akkomodazzjoni, għajxien jew xi spiża oħra relatata mal-vjaġġ?

Le. L-azzjoni ma tkoprix dawn l-ispejjeż. Il-parteċipanti jridu jkopru l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-għajxien, kif ukoll l-ispejjeż tal-ivjaġġar li jinħolqu minħabba l-preferenzi tal-parteċipanti (eż. il-vjaġġ jibda minn pajjiż ieħor) u kull spiża oħra relatata mal-ivjaġġar. Madankollu, il-kuntrattur se jtik il-kard tal-iskontijiet ta’ DiscoverEU, li toffri xi skontijiet fuq l-akkomodazzjoni, fejn jinżammu l-bagalji u ħafna servizzi oħra fl-Ewropa.

B.7 Jien applikajt bħala mexxej tal-grupp, iżda kont jiena biss li ngħatajt pass tal-ivvjaġġar. Għaliex?

Jekk l-applikazzjoni tiegħek tirnexxi bħala mexxej tal-grupp iżda l-membri tal-grupp tiegħek ma rċevew xejn, dan ifisser li huma ma lestewx l-applikazzjoni tagħhom fil-ħin permezz tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, jew li ma ssodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà, jew li ma kklikkjawx fuq il-buttuna “issottometti” sabiex jiġu rreġistrati fl-aħħar tal-proċess tal-applikazzjoni. Huma biss il-membri tal-grupp li jkunu bagħtu l-applikazzjoni tagħhom sad-data ta’ skadenza permezz tal-kodiċi pprovdut mill-kap tal-grupp li jistgħu jipparteċipaw f’DiscoverEU.

B.8 X’jiġri jekk nindika li nixtieq nivvjaġġa waħdi u aktar tard inkun nixtieq nifforma grupp ma’ sħabi?

Il-parteċipanti kollha jistgħu potenzjalmet ikunu kap ta’ grupp. Bħala applikant, waqt il-perjodu tal-applikazzjonijiet, tista’ żżid sa 4 ħbieb li jaqblu mal-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ DiscoverEU anke jekk tkun indikajt fil-formola tal-applikazzjoni li tixtieq tivvjaġġa waħdek. Biex tippermetti lil sħabek jingħaqdu mal-applikazzjoni tiegħek, trid tagħtihom il-kodiċi tal-applikazzjoni tiegħek li tirċievi bl-email. Dan isir il-kodiċi tal-grupp. Huma jridu japplikaw fil-perjodu tal-applikazzjoni, idaħħlu l-kodiċi tal-grupp, u jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw (ara t-taqsima 2 tar-Regoli.

B.9 X’nagħmel jekk l-applikazzjoni tiegħi tintgħażel u nkun irrid nirtira l-parteċipazzjoni tiegħi?

Kulma għandek tagħmel huwa li, permezz tal-Help Centre, tikkuntattja lill-kuntrattur maħtur mill-EACEA bil-kodiċi tal-applikazzjoni tiegħek sabiex dan jirranġalek il-passes tal-ivvjaġġar. Dan irid isir qabel ma tibbukkja l-pass tal-ivvjaġġar tiegħek permezz tal-formola tal-ibbukkjar. Il-pass tiegħek se jingħata lil xi ħadd ieħor fil-lista ta’ riżerva. Il-mod kif tikkuntattja lill-kuntrattur se jiġi kkomunikat lilek jekk tingħata pass tal-ivvjaġġar.

A.8 Qed nistenna l-passaport, il-karta tal-identità (ID), jew il-karta ta’ residenza l-ġdida tiegħi. X’għandi nagħmel?

Meta tapplika, tista’ tkompli tuża l-passaport, il-karta tal-identità (ID) jew il-karta ta’ residenza li għandek, anke jekk ikunu skaduti. Imma jekk tingħata pass tal-ivvjaġġar u kard tal-iskont, jeħtieġ li jkollok fil-pussess tiegħek dokument tal-identità validu (passaport, ID nazzjonali jew karta ta’ residenza) meta tkun qed timla l-formola tal-ibbukkjar biex titlob il-pass tal-ivvjaġġar peress li l-kuntrattur stabbilixxa proċess ta’ verfika tal-identifikazzjoni. Barra minn hekk, se jkollok bżonn dokument tal-identità validu meta tivvjaġġa.

B.3 Kif insir naf jekk l-applikazzjoni tiegħi kellhiex eżitu pożittiv jew jekk iniex fil-lista ta’ riżerva?

Tista’ tara x’inhu l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Żomm kopja tal-kodiċi tal-applikazzjoni tad-DiscoverEU tiegħek. Tixxerjahx ma’ ħaddieħor (eż. fuq il-midja soċjali) ħlief mal-kuntrattur awtorizzat innominat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-EACEA. Barra minn hekk, meta l-proċess ta’ evalwazzjoni jkun tlesta, l-applikanti se jirċievu notifika bl-email. Importanti li tkun tista’ tiġi kkuntattjat permezz tal-email li indikajt fl-applikazzjoni tiegħek.

B.4 Jeżisti xi limitu massimu għal kull pajjiż?

L-għoti tal-passes tal-ivvjaġġar u tal-kards ta’ skont se jsir skont il-pajjiż tar-residenza u/jew taċ-ċittadinanza meta applikabbli, skont in-numru ta’ passes tal-ivvjaġġar allokat lil kull pajjiż (ara t-Taqsima “Kwota għal kull pajjiż” fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ). Dan il-prinċipju tal-allokazzjoni jistrieħ fuq il-Programm tal-Erasmus+, l-Azzjoni Ewlenija 1, il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni “żgħażagħ” tal-mobbiltà individwali.

Subscribe to