Skip to main content

L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ

L-UE żviluppat Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u tixtieq li ż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jsiru ċittadini attivi involuti fid-demokrazija u fis-soċjetà. Nixtiequ li ż-żgħażagħ jgħidulna x’inhu importanti għalihom billi jieħdu sehem fid-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ.

It-tagħlim reċiproku u l-gruppi ta’ esperti

It-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti huwa ideali biex isir progress b’rabta mal-politika dwar iż-żgħażagħ fir-rigward ta’ oqsma kemm fundamentali kif ukoll transsettorjali.

Minbarra l-gruppi ta’ esperti, li jistgħu jelaboraw gwida politika u għodod prattiċi, u jikkondividu prattiki tajbin, l-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ għall-perjodu 2019–2027 toffri wkoll modi ġodda ta’ tagħlim reċiproku, bħal attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari, u konsulenza, analiżi, u studji bejn il-pari. B’hekk, issir ħidma fuq il-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ anki permezz ta’ Pjanijiet ta’ Ħidma għal tliet snin.

Fl-ambitu tal-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019–2021, ġew implimentati l-attivitajiet li ġejjin:


Find out more

Ħidmet il-gruppi ta’ esperti preċedenti: