Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#9832ED
Cities/Points
Name
Reykjavik
Country
L-Islanda
Population
122583
Why visit?

Skont ir-Rapport Dinji dwar il-Kuntentizza tal-2023 , l-Iżlandiżi huma t-tielet popolazzjoni l-aktar kuntenta fid-dinja. Skopri għaliex fatturi bħal sens qawwi ta’ komunità, il-ġmiel natural u l-imħabba għal-letteratura jikkontribwixxu biex l-Iżlanda hi wieħed mill-iktar pajjiżi kuntenti fid-dinja. Meta tkun hemm, żur wieħed mill-postijiet ta’ rikreazzjoni akkwatika bħall-Pixxina Sundhöll Reykjavík, fejn tista’ tingħaqad mal-Iżlandiżi f’waħda mill-attivitajiet nazzjonali tagħhom u tgawdi sawna jew banju tal-fwar, jew Heiðmörk – riżerva naturali fil-periferija ta’ Reykjavík – biex tgawdi minn spazju pubbliku aħdar miżgħud b’għeliem interessanti qalb xenarju mill-isbaħ.

Image
Reykjavik - L-Iżlanda
Coordinates
64.1334071,22.0083214
Tags with icon
Happy City
Spots to Swim
Name
Reykjavik
Country
L-Islanda
Population
122853
Why visit?

Skont ir-Rapport Dinji dwar il-Kuntentizza tal-2023 , l-Iżlandiżi huma t-tielet popolazzjoni l-aktar kuntenta fid-dinja. Skopri għaliex fatturi bħal sens qawwi ta’ komunità, il-ġmiel natural u l-imħabba għal-letteratura jikkontribwixxu biex l-Iżlanda hi wieħed mill-iktar pajjiżi kuntenti fid-dinja. Meta tkun hemm, żur wieħed mill-postijiet ta’ rikreazzjoni akkwatika bħall-Pixxina Sundhöll Reykjavík, fejn tista’ tingħaqad mal-Iżlandiżi f’waħda mill-attivitajiet nazzjonali tagħhom u tgawdi sawna jew banju tal-fwar, jew Heiðmörk – riżerva naturali fil-periferija ta’ Reykjavík – biex tgawdi minn spazju miftuħ aħdar miżgħud b’għeliem interessanti qalb xenarju mill-isbaħ.

Image
Reykjavik - L-Iżlanda
Coordinates
64.1333973,-22.017247
Tags with icon
Happy City
Spots to Swim
Name
Oslo
Country
in-Norveġja
Population
634293
Why visit?

Qatta’ ftit ħin f’Oslo u skopri għaliex in-Norveġja ta’ spiss hi kklassifikata bħala wieħed mill-iktar pajjiżi kuntenti fid-dinja. L-ispazji ħodor abbundanti ta’ Oslo (hi waħda mill-bliet kapitali tal-Ewropa l-aktar ħodor u kienet ir-rebbieħa tal-premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2019) u l-aċċess faċli għan-natura bħall-foresta Nordmarka (20 minuta biss ’il bogħod mill-belt u aċċessibbli bit-trasport pubbliku) ċertament li jikkontribwixxu għal dan. Hu magħruf li l-ispazji ħodor huma tajbin għall-benesseri mentali. Barra minn hekk, f’Oslo faċli timxi jew issuq ir-rota u li tkun attiv jgħinek ittejjeb il-burdata wkoll. Jekk tixtieq tagħmel ftit eżerċizzju fiżiku waqt li tħares lejn xi ħaġa sabiħa, imxi madwar il-Park Vigeland Sculpture, fejn tista’ tgawdi aktar minn 200 skultura fil-beraħ, bla ħlas u s-sena kollha.

Image
Oslo - In-Norveġja
Coordinates
59.8937521,10.6203103
Tags with icon
European Green Capital
Bikeable City
Walkable City
Plenty of Nature
Happy City
Former Olympic City
Name
Malmö
Country
L-Isvezja
Population
344166
Why visit?

Int u tesplora Malmö bil-mixi jew bir-rota, jaf tirrealizza li l-attività fiżika ttejjeb il-burdata tiegħek. Jew forsi ż-żiffa friska mill-istrett ta’ Øresund jew id-dehra tal-ilma tagħtik tbissima? Meta żżur Malmö, ara li żżur il-Mużew tal-Arti Moderna (id-dħul hu b’xejn għal dawk taħt 19-il sena) jew il-Konsthall ta’ Malmö (dħul b'xejn), fejn tista’ tidħol b’ruħek u b’ġismek fil-kreattività biex tara jekk ir-rabta bejn l-arti u l-kuntentizza hix vera għalik. Malmö kienet nominata bħala l-iktar belt kuntenta fl-Iżvezja fl-2016, mela pprova mmarka l-affarijiet li jtejbu l-burdata tar-residenti waqt li timxi fil-belt. 

Image
Malmö - L-Iżvezja
Coordinates
55.570058,12.8511647
Tags with icon
Bikeable City
Walkable City
Happy City
Access City Award Winner
European Green Capital Finalist
Name
Aalborg
Country
Id-Danimarka
Population
211684
Why visit?

Mur sa Aalborg u skopri għaliex id-Danimarka hi elenkata b’mod konsistenti bħala waħda mit-3 pajjiżi l-aktar kuntenti fid-dinja u studju nnomina lil Aalborg bħala l-aktar belt kuntenta fl-Ewropa. Dan jista’ jkun marbut mal-fatt li Aalborg hija belt fejn 84% tar-residenti jħossuhom sikuri jew għax, bħal Malmö, Aalborg tinsab ħdejn l-ilma, li ġie ppruvat li jiffavorixxi l-kuntentizza. Meta żżur il-belt, tinsiex tesplora l-kunċett Daniż tal-hygge - diffċli tittraduċih, iżda hu marbut ma’ li tieħu l-affarijiet bil-mod, tiskonnettja (titfi l-mobile!) u tqatta’ ħin ta’ kwalità mal-maħbubin tiegħek jew miegħek innifsek u b’xi ktieb tajjeb.

Image
Aalborg - Id-Danimarka
Coordinates
57.025446,9.3169813
Tags with icon
Happy City
Walkable City