Skip to main content
Submitted by Elisavet KOZAKOU on
Draw lines
Yes
Color
#87ceeb
Cities/Points
Name
Larissa
Country
Il-Greċja
Population
164381
Why visit?

Ankrata fl-istorja iżda b’ħarsa lejn il-futur, Larissa tħaddan ideat kuraġġużi u approċċi progressivi li huma kompletament konformi mal-valuri u l-inizjattivi tal- Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB).

Fl-2021, il-Muniċipalità ta’ Larissa nediet kompetizzjoni internazzjonali għall-ideat għad-disinn taż-żona madwar l-ewwel teatru antik tal-belt. Larissa kienet parti ewlenija mill-kultura antika Griega u għaldaqstant it-teatri vibranti kienu fil-qalba tal-ħajja soċjali. Minbarra t-teatri, mixja ta’ ħames minuti biss tagħtik is-sens tal-istorja rikka u varjata ta’ Larissa – mill-Greċja antika sal-Imperu Ottoman. Is-swieq tat-tessuti magħrufa bħala bezestenis – mill-kliem Għarbi għall-kummerċjanti tal-qoton (bez) u tat-tessuti (bezzaz) –kienu parti ewlenija mill-ħajja urbana Ottomana, li turi li l-belt kienet ċentru kummerċjali importanti u b’saħħtu. Il-bezesteni ta’ Larissa nbena lejn l-aħħar tas-seklu 15, fil-bidu tas-seklu 16, u minkejja li baqa’ biss erba’ ħitan tal-ġebel, darba kien jospita 21 ħanut.

Larissa hija taħlita attraenti ta’ kulturi kontrastanti, kemm qodma kif ukoll ġodda, u l-approċċ innovattiv tagħha qed jittrasformaha f’belt moderna fuq pedamenti antiki. Hija wkoll CLEVER City, li tuża l-innovazzjoni u l-kokreazzjoni biex tirriġenera l-pajsaġġ urban tagħha b’interventi bbażati fuq in-natura.

Image
Larissa
Coordinates
39.6310695,22.3891268
Tags with icon
Rediscover the history
Rich in green spaces
Sustainable initiatives
Name
Tessalonika
Country
Il-Greċja
Population
1091424
Why visit?

Skont il-valuri inkorporati mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB), Tessalonika qed timbotta l-konfini billi tagħti xejra moderna lill-arkitettura tradizzjonali tagħha. Wieħed mill-aktar postijiet ħelwin tal-belt huwa l-Aigli Geni Hammam, dik li qabel kienet il-banju Tork pubbliku li ġiet immaġinata mill-ġdid u li issa qed tospita ċinema u, fix-xitwa, festini li jtulu l-lejl kollu. Fid-distrett vivaċi ta’ Valaoritou, tista’ żżur it-Three Pieces speakeasy, kantin b’bar moħbi u fotokabina. Qrib il-belt l-antika, issib il-Pasha Gardens, park misterjuż ta’ oriġini mhux magħrufa li fih bosta strutturi, forom u simboli tal-ġebel kriptiċi.

Jekk tħobb l-arti, ara li żżur l-Organizzazzjoni Metropolitana tal-Mużewijiet tal-Arti Viżwali ta’ Tessaloniki, li tospita wirjiet affaxxinanti li jvarjaw mill-fotografija sal-arti avant-garde Russa.

Minbarra li hi ċentru kulturali, Tessalonika hija xempju ta’ sostenibbiltà. Fl-2021, il-belt adottat Pjan ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli biex tqassam mill-ġdid l-ispazju pubbliku u tiżviluppa aktar rotot pedonali. L-iSmart Mobility Living Lab ta’ Tessalonika huwa pijunier Ewropew fl-użu tat-teknoloġija biex tittejjeb il-mobbiltà urbana. U, biex tħeġġeġ it-turiżmu sostenibbli, il-belt nediet Kard Turistika Sostenibbli li tħeġġeġ attivitajiet b’emissjonijiet baxxi, bħal żjarat bil-mixi ggwidati. Tinsiex tiġbor il-kard tiegħek meta tkun qed iżżur il-belt!

Image
Tessalonika
Coordinates
40.6212524,22.9110079
Tags with icon
Urban renewal
Green Mobility / European Mobility Award
Sustainable initiatives
Name
Skopje
Country
il-Maċedonja ta’ Fuq
Population
480000
Why visit?

Il-kapitali tal-Maċedonja ta’ Fuq hija belt unika u pittoreska. Skopje hijal-ewwel belt fil-Maċedonja ta’ Fuq fin-network tal-Bliet Ekoloġiċi.Bħalissa qiegħda mixja ’il quddiem fil-valuri u l-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Belt kompatta li faċilment tista’ timxiha, fiha ħafna postijiet x’tara bħal Čaršija, il-belt Ottomana antika fuq l-għoljiet, jew il-Pont tal-Arti, li huwa mżejjen bi statwi ta’ artisti u mużiċisti famużi tal-Maċedonja.

L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ Go Green uriet b’mod ċar li s-sostenibbiltà hija tħassib li qed jikber b’rata mgħaġġla fi Skopje. L-organizzazzjoni nediet l-inizjattiva “From Door to Door”: intrapriża soċjali li tuża mudell ta’ ġestjoni sostenibbli tal-iskart biex ittejjeb l-inklużjoni soċjali ta’ dawk li jiġbru l-iskart b’mod informali fil-belt. Skopje kienet finalista fil-Premju Ewropew għall-Mobbiltà tal-2016 bis-saħħa tas-servizz muniċipali innovattiv tiegħu ta’ car-pooling.

Fl-1963, terremot devastanti ġiegħel lill-belt tinbena totalment mill-ġdid, li wassal għal xi arkitettura moderna straordinarja. Eżempju wieħed huwa l-Uffiċċju Ċentrali tal-Posta,iddiżinjat minn Janko Konstantinov. Mibni fuq stil brutalist modern, il-bini għandu forom kuraġġużi u mhux tas-soltu li joħorġu mill-faċċata tiegħu. Il-belt hi miżgħuda bi kważi 300 statwa u struttura, minn figuri storiċi għal xogħlijiet artistiċi astratti, u Is-Salib tal-Millennjuta’ 66 metru.

Image
Skopje
Coordinates
41.9991487,21.3898709
Tags with icon
Green Cities Network
Green Mobility / European Mobility Award
Name
Niš
Country
is-Serbja
Population
253849
Why visit?

Niš hija taħlita inebrianti ta’ disinn storiku tal-Balkani, arkitettura brutalista u post-soċjalista, u l-immaġini mill-ġdid kreattiva tal-ispazji urbani, fejn tista’ tesperjenza l-essenza vera tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). Dawn l-approċċi jingħaqdu biex jagħtuha s-sensazzjoni ta’ belt bieżla rikka fl-istorja u l-kultura. Eżempju wieħed huwa Thinkers Alley, l-aħħar triq li fadal tal-bazaar l-antik ta' Niš, fejn bosta kafetteriji u taverni tradizzjonali jew ħwienet tal-kafè, magħrufa bħala kafana, jikkonverġu f’ċentru vibranti ta’ turisti, studenti u persuni lokali. 

Fl-2005, Niš saret membru tal-Bliet tal-Enerġija, network ta’ awtoritajiet lokali li jistinka biex jagħti s-setgħa lill-bliet u liċ-ċittadini biex jagħmlu tranżizzjoni lejn għajxien li jibqa’ validu fil-futur. Fl-2014, il-belt adottat il-l-Pjan ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli tal-Patt tas-Sindki, impenn mill-gvernijiet lokali biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra billi jadottaw soluzzjonijiet sostenibbli u effiċjenti għall-iżvilupp urban. Niš hija wkoll waħda mis-sitt Cities of TOMORROWli qed imexxut-tranżizzjoni lejn bliet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, reżiljenti u aktar abitabbli. Fl-2016, Niš ospitat l-ewwel Konferenza Internazzjonali dwar l-Ippjanar Urban, li laqqgħet flimkien akkademiċi, riċerkaturi u sindki biex isibu soluzzjonijiet għall-isfidi li jiffaċċjaw il-bliet tas-seklu 21. Niš hija belt sostenibbli b’għajnejha ffukati il-futur!

Waqt li tkun hemm, żur il-fortizza mibnija mit-Torok fis-seklu 18 (għalkemm kien hemm fortizzi fuq is-sit miż-żminijiet antiki tar-Rumani). Huwa post tajjeb ħafna biex wieħed iqatta’ ftit sigħat jammira l-arkitettura u jesplora l-gallerija tal-arti, il-gabbani tas-suq, ir-ristoranti u l-kafetteriji tagħha. Il-fortizza tospita wkoll il-Festival tal-Mużika ta’ Nišville, għalhekk żidha fil-kalendarju tiegħek jekk tħobb il-mużika jazz.

Image
Nis
Coordinates
43.3162209,21.8216015
Tags with icon
Urban renewal
Name
Belgrad
Country
is-Serbja
Population
1200000
Why visit?

Belgrad hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa abitata kontinwament. Għandha storja turbulenti, kienet abitata miċ-Ċelti, ir-Rumani, l-Imperu Biżantina, l-Imperu Frank, l-Imperu Bulgaru, ir-Renju tal-Ungerija, l-Imperu Ottoman, l-Asburgi u oħrajn, qabel ma saret il-belt kapitali tal-Jugoslavja fl-1918. Din il-belt rat aktar minn 115-il gwerra, inqerdet 44 darba, ġiet ibbumbardjata 5 darbiet u d-drabi li ġiet assedjata huma wisq biex jiġu elenkati. Żur il-Knisja ta’ Ružica, fejn se ssib żewġ linef magħmula minn skrataċċ tal-bullets, xwabel u partijiet tal-kanuni mill-Ewwel Gwerra Dinjija karatteristika dekorattiva tal-imgħoddi ta’ Belgrad.

Dak li jagħmel lil Belgrad partikolarment rilevanti għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) hija l-arkitettura tagħha, b’enfasi brutalista affaxxinanti fuq il-materjali, it-tessuti u l-kostruzzjoni, b’xi influwenzi sbieħ fiha tal-Art Nouveau u l-arti neo-Biżantina. Xi eżempji impressjonanti jinkludu l-appartamenti bil-blokovi simili għal-Lego fi New Belgrad, l-Uffiċċju Ċentrali tat-Telefown, li qisu jidher maqtugħ mill-art, u t-Torri Avala f’forma ta’ rokit. Belgrad tospita wkoll swieq ekoloġiċi bħal Dorćol Platz, li jbigħu prodotti sostenibbli, ħwejjeġ użati, u materjali riċiklati.

Minkejja l-istorja rikka tagħha, Belgrad qed taħdem qatigħ biex timmodernizza lilha nnifisha u tibni belt tal-futur li tkun tajba għal kulħadd. Fl-2018, Belgrad ingħaqdet man-network tal-Bliet Ekoloġiċi tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u impenjat ruħha li tibni infrastruttura sostenibbli u tadotta Pjan ta’ Azzjoni għall-Bliet Ekoloġiċi.

Image
Belgrad
Coordinates
44.8154033,20.2825147
Tags with icon
Rediscover the history
Green Cities Network
Name
Reykjavík
Country
L-Islanda
Population
130000
Why visit?

Reykjavík, il-belt fejn tgħix aktar minn 65% tal-popolazzjoni tal-Iżlanda, għandha xena kulturali u ta’ disinn b’saħħitha. B’pajsaġġi li jaqtgħulek nifsek u b’formazzjonijiet tal-art oħra tal-istess kwalità madwar il-belt u lil hinn minnha,in-natura għandha influwenza kbira fuq l-arti Iżlandiżain-natura għandha influwenza kbira fuq l-arti Iżlandiża. Il-kreattività famuża tal-popolazzjoni tagħha ġiet attribwita għall-kultura progressiva tagħha u għal nuqqas ta’ materjali naturali.

Id-disinn Iżlandiż huwa kuraġġuż, innovattiv u sperimentali, u jinkorpora l-ispirtu sostenibbli u li jħares ’il quddiem tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB). L-industrija tal-moda tagħha turi stil li jazzarda u mhux tas-soltu li joriġina fl-impenn ekoloġiku – promoss minn ċelebritajiet bħal Björk (ikona globali tal-istil), u materjali bħall-ġilda tal-ħut u l-għamara magħmula mill-ġebel tal-lava. Żewġ artisti prominenti astratti u avant-garde, Svavar Guðnason u Nína Tryggvadóttir, huma minn Reykjavík.

Żur post ewlieni ikoniku tal-pajsaġġ tal-belt ta’ Reykjavík, is-Sala tal-Kunċerti ta’ Harpa. Dan il-bini forma ta' blokka faċċata tal-ilma, bil-faċċata tal-ħġieġ ikkulurita distintiva tiegħu, ġie ddiżinjat f’kollaborazzjoni mal-artist Olafur Eliasson. Harpa rebħet il-Premju prestiġjuż tal-Unjoni Ewropea għall-Arkitettura Kontemporanja – il-Premju Mies van der Rohe fl-2013. L-Iżlanda hija membru tal-Bauhaus Nordika Newtrali għall-Karbonju, proġett tal-Laboratorju tal-NEB.

Filwaqt li l-Iżlanda tista’ ma tkunx magħrufa bħala destinazzjoni għall-għawm, eżatt barra minn Reykjavík issib Nauthólsvík, bajja magħmula mill-bniedem b’ramel b’lewn id-deheb u pixxina msaħħna. Id-dħul huwa bla ħlas fis-sajf u jiswa madwar €5 fil-bqija tas-sena.

Image
Reykjavík
Coordinates
64.1335484,-21.9224813
Tags with icon
Sustainable initiatives
NEB Lab