Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#E9B02D
Cities/Points
Name
Hamburg
Icon on Map
Country
Il-Ġermanja
Population
1810000
Why visit?

Il-belt Ġermaniża ta’ Hamburg toffrilek ħafna x’tagħmel u x’tesplora, u għalhekk hija waqfa perfetta fil-vjaġġ tiegħek tad-DiscoverEU. Kont taf li għandha aktar pontijiet minn kwalunkwe belt Ewropea oħra? Sfida lil sħabek biex isibu kemm jista’ jkun minn dawn il-pontijiet u agħti punti extra lil min jirnexxilu jsib l-eqdem pont fil-belt, li nbena fl-1633! Hamburg, metropoli tat-Tramuntana, kienet Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2011 u ħadet miżuri bħall-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-projbizzjoni tal-fliexken tal-plastik u tat-tazzi tal-kafè li jintużaw u jintremew fl-uffiċċji pubbliċi. Saħansitra hemm pjanijiet biex sal-2034 ikunu tneħħew il-karozzi miċ-ċentru tal-belt sabiex jintuża esklużivament minn dawk li jkunu għaddejjin bir-roti jew bil-mixi.

Image
Hamburg
Coordinates
53.5584587,9.7630181
Tags with icon
European Green Capital
Powered by renewables
Plenty of parks
Name
Poznań
Icon on Map
Country
Il-Polonja
Population
546000
Why visit?

Waħda mill-missjonijiet tal-ħajja ekoloġika u tal-ekonomija ċirkolari hija li jinstab skop ġdid għal affarijiet qodma. F’Poznań, waħda mill-eqdem bliet tal-Polonja, dan huwa eżattament dak li seħħ b’sensiela ta’ fortizzi u fortifikazzjonijiet storiċi. Il-Fortyfikacje w Poznaniu huma binjiet tas-seklu dsatax li jinsabu fiċ-ċentru tal-belt u f’ċirku madwar il-periferija. Dawn ġew ippreservati bis-saħħa tal-programm Natura 2000 tal-UE minħabba li huma postijiet ta’ kenn siewja għal ħafna speċijiet protetti ta’ friefet il-lejl.

Image
Poznań
Coordinates
52.400512,16.736841
Tags with icon
Marine metropolis
Wonderful for wildlife
Name
Olsztyn
Icon on Map
Country
Il-Polonja
Population
174000
Why visit?

Olsztyn, li hija ddefinita mill-brikks ħomor u l-arkitettura gotika tagħha, hija waħda mit-teżori moħbijin tal-Polonja. Il-belt, li kien joqgħod fiha Nicolaus Copernicus, tinsab fit-Tramuntana tal-foresta Napiwodzko-Ramucka – żona protetta mill-UE fl-ambitu tal-programm Natura 2000. Il-foresta fiha ħafna speċijiet protetti ta’ għasafar, inklużi l-għasfur ta’ San Martin, l-ajkla tat-tikki, u l-kokka imperjali – kemm-il speċi tista’ tilmaħ?

Image
Olsztyn
Coordinates
53.7765269,20.3841671
Tags with icon
History lovers
Wonderful for wildlife
Name
Kaunas
Icon on Map
Country
Il-Litwanja
Population
293000
Why visit?

Fil-Lvant tal-belt storika Litwana ta’ Kaunas hemm il-Kauno Marios (jew il-“Kaunus Lagoon”), ġibjun artifiċjali protett mill-UE bħala sit tan-Natura 2000. Il-ġibjun mhux biss jospita ħafna speċijiet ta’ insetti, ħut, lontri, u friefet il-lejl, iżda d-diga hija wkoll is-sit tal-impjant tal-enerġija idroelettrika ta’ Kaunas, li jipprovdi lill-belt b’enerġija ekoloġika u rinnovabbli. Ix-xatt madwar il-peniżola ta’ Pažaislis huwa adattat għall-għawm u hemm postijiet tajbin ħafna għall-kampeġġ aktar lejn in-Nofsinhar tul il-ġibjun, f’Duobakalnis u Samylai. Għaldaqstant, ippakkja l-malja tal-għawm, tella’ tinda, u gawdi l-ħajja fuq barra Litwana.

Image
Kaunas
Coordinates
54.8898635,23.7624582
Tags with icon
Plenty of parks
Wonderful for wildlife
European Heritage Label
Name
Vilnius
Icon on Map
Country
Il-Litwanja
Population
545000
Why visit?

B’attrazzjonijiet li jvarjaw mill-knejjes neoklassiċi sal-passat affaxxinanti tagħha, Vilnius għandha tkun fuq il-lista tal-bliet li se żżur. Vilnius hija waħda mill-15-il belt li taw bidu għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa, u 46% tagħha huma okkupati minn parks, ġonna, imsaġar, u foresti. Forsi l-aktar eżempju ikoniku huwa l-Park Kalnai, li fih hemm l-Għolja tat-Tlett Islaleb. Is-slaleb huma simbolu nazzjonali, u għalhekk imxi sal-quċċata tal-għolja biex mhux biss tgawdi veduta liema bħalha tal-belt iżda tesperjenza wkoll aspett tal-wirt kulturali Litwan. Il-belt bniet ukoll impjanti tal-enerġija biex tirkupra l-enerġija mill-iskart muniċipali, u b’hekk Vilnius qorbot lejn ir-realizzazzjoni tal-ekonomija ċirkolari.

Image
Vilnius
Coordinates
54.7005727,25.0882284
Tags with icon
History lovers
Plenty of parks
Climate Neutral 2030
Name
Jūrmala
Icon on Map
Country
Il-Latvja
Population
50840
Why visit?

Il-belt turistika Latvjana ta’ Jūrmala tinsab qrib il-bajjiet tal-Golf ta’ Riga, qrib il-Baħar Baltiku. Fiha hemm il-Park Nazzjonali Kemeri, żona ta’ art mistagħdra u ta’ torbiera mistagħdra li fiha firxa unika ta’ ħajja selvaġġa li tinkludi wiżż, kokok, u gremxul tal-ilma. Bħala żona importanti għall-bijodiversità, il-park nazzjonali huwa protett mill-UE bħala sit tan-Natura 2000 u jimmerita żjara minn kwalunkwe vjaġġatur ħerqan li jara l-annimali fil-ħabitat naturali Latvjan tagħhom.

Image
Jūrmala
Coordinates
56.9667373,23.55737
Tags with icon
Marine metropolis
History lovers
Name
Talinn
Icon on Map
Country
L-Estonja
Population
427000
Why visit?

Il-belt kapitali Estonjana ta’ Tallinn, li tinsab fuq ix-xtut tal-Golf Baltiku tal-Finlandja, hija famuża għall-fortizza medjevali u għall-belt antika sabiħa tagħha. Il-belt kienet finalista tal-Premjijiet tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa fl-2019 u fl-2022, u f’dawn l-aħħar snin eliminat id-dipendenza tagħha fuq l-industrija peżanti. Titjib reċenti fil-lagi u x-xtut tal-belt wassal biex dawn jiksbu l-istatus tal-Bandiera Blu għall-kwalità tal-ilma għall-għawm, u l-belt neħħiet il-ħlas għat-trasport pubbliku għar-residenti tagħha. Il-karozza tal-linja numru 1A tieħdok mal-kosta lejn il-Grigal tal-belt. Għalhekk, irkibha u mur ittestja l-kwalità tal-ilma inti stess!

Image
Talinn
Coordinates
59.4715852,24.5734349
Tags with icon
Marine metropolis
History lovers
European Heritage Label
Name
Ħelsinki
Icon on Map
Country
Il-Finlandja
Population
635000
Why visit?

Bejn is-sawni, il-ħut frisk, u l-kċina Nordika tagħha, kif ukoll it-taħlita unika ta’ stili arkitettoniċi li għandha, f’Ħelsinki se ssib ħafna x’tagħmel. Barra minn hekk, il-belt tat il-kelma tagħha li sal-2035 tkun saret newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju – impenn li diġà bdew jidhru r-riżultati tiegħu minħabba li stħarriġ tal-2014 sab li tliet kwarti tal-vjaġġi li jsiru fil-kapitali Finlandiża huma sostenibbli. Biex nibqgħu fuq l-istess tema, għaliex ma tikrix rota u taqsam sal-gżira ta’ Seurasaari, li hija aċċessibbli mill-kontinent permezz ta’ pont? Fuq din il-gżira msaġġra u serena hemm il-mużew fil-beraħ ta’ Seurasaari, li ppreserva u rriloka bini storiku minn madwar il-pajjiż biex jipprovdi stampa kulturali tal-ħajja tradizzjonali Finlandiża.

Image
Ħelsinki
Coordinates
60.1086971,24.3949733
Tags with icon
Green ways of getting around
Plenty of parks
Climate Neutral 2030
European Heritage Label
Name
Lahti
Icon on Map
Country
Il-Finlandja
Population
119000
Why visit?

Dik li bdiet bħala missjoni biex jitnaddaf il-Lag Vesijärvi wasslet biex il-belt ta’ Lahti tingħata t-titlu ta’ Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa għall-2021. Lahti, li hija mdawra b’foresti densi fin-Nofsinhar tal-Finlandja, mhux biss qed timmira li sal-2025 tkun saret belt newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, iżda għandha wkoll it-tir li sal-2050 tkun saret ekonomija ċirkolari – kompletament mingħajr skart. Il-vjaġġaturi tad-DiscoverEU jistgħu jsibu ħafna x’jaraw u x’jagħmlu fil-Lag Vesijärvi – fosthom li jaqsmu l-lag bil-kenura u li jesperjenzaw il-funtana mużikali mhux tas-soltu max-xtut tan-Nofsinhar tal-lag.

Image
Lahti
Coordinates
60.9947306,25.690144
Tags with icon
European Green Capital
Wonderful for wildlife
Climate Neutral 2030