Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Young person icon
Jien persuna żagħżugħa

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem, kif tirreġistra, u kif taċċessa l-kont personali tiegħek


Organisation icon
Jien minn organizzazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem u kif taċċessa l-Portal tal-Organizzazzjoni


Links utli

Eurodesk 

In-network li jippromwovi opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex imorru barra mill-pajjiż biex jistudjaw, jitgħallmu u jsiru ċittadini Ewropej attivi fil-kontinent kollu. 

Dan jikkonsisti minn koordinaturi nazzjonali, f’kuntatt ma’ aktar minn 1,600 fornitur lokali ta’ informazzjoni f’36 pajjiż Ewropew. 

Iċ-Ċentri tar-Riżorsi għaż-Żgħażagħ SALTO

Familja ta’ 6 ċentri f’pajjiżi varji tal-UE li jippromwovu u jappoġġjaw ix-xogħol taż-żgħażagħ billi joffru taħriġ, għodda u strateġiji mill-aqwa. Kull ċentru jiffoka dwar suġġett jew reġjun speċifiku.

Iċ-ċentru ta’ riżrosi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Jipprovdi appoġġ lill-Aġenziji Nazzjonali, is-SALTOs u l-benefiċjarji ta’ għotja dwar problemi prattiċi marbuta mal-Korp.

Youthpass

Għodda li tippermettilek tikseb rikonoxximent uffiċjali għal kwalunkwe tagħlim mhux formali jew informali, mill-involviment tiegħek fil-proġetti taż-żgħażagħ (aktar informazzjoni).

Europeers

Network ta’ żgħażagħ li diġà għandhom xi esperjenza Ewropea f’ħajjithom, permezz tal-programm għaż-żgħażagħ tal-UE (l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà), u jridu jaqsmu dak li tgħallmu magħkom, pari bħalkom.

Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (EuSN) hija komunità ta’ żgħażagħ li bdiet topera fir-rebbiegħa tal-2019. Dawn huma magħquda permezz ta’ interess u viżjoni komuni biex joħolqu network Ewropew li fih kulħadd jaħdem biex itejjeb l-esperjenza tal-parteċipanti żgħażagħ tal-Korp.