Skip to main content

Jekk l-applikazzjoni tiegħek ikollha eżitu pożittiv, tirċievi aċċess għal ċentru ta’ assistenza online dwar l-aspetti loġistiċi kollha tal-ivvjaġġar u dwar kif tikkuntattja lill-kuntrattur.

F’każ li jkollok bżonn xi informazzjoni, appoġġ jew pariri matul il-vjaġġ tiegħek, hemm diversi punti ta’ kuntatt li tista’ tikkuntattja:

Jekk xi ħaġa tmur ħażin

  • Ċempel 112 biex tikkuntattja s-servizzi ta’ emerġenza fi kwalunkwe pajjiż tal-UE minn kwalunkwe sett tat-telefown, fiss jew mobile. Dan bla ħlas.
  • F’każ ta’ telf jew serq, jeħtieġlek tirrapporta għand il-pulizija lokali. Meta tagħmel it-talba għall-kumpens jew it-talba għall-assigurazzjoni tiegħek jeħtieġ li tehmeż ir-rapport tal-pulizija.
  • Jekk titlef karta ta’ kreditu jew ta' debitu jew tinsteraqlek, ikkanċellaha mill-ewwel.
  • Jekk il-passaport u/jew il-karta tal-identità (ID) tiegħek insterqulek, irrapporta lill-konsulat jew lill-ambaxxata tal-pajjiż tiegħek kif ukoll lill-pulizija.

Kif tikkuntattja l-UE

  • Personalment, bit-telefown jew bl-email: l-UE taħdem mal-Aġenziji Nazzjonali biex il-Programm tal-Erasmus+ jinġieb kemm jista’ jkun qrib tal-parteċipanti. L-Aġenziji Nazzjonali huma bbażati fil-pajjiżi tal-Programm tal-Erasmus+. Dawn jikkontribwixxu għad-DiscoverEU b’mod partikolari bl-organizzazzjoni tal-avvenimenti ta’ qabel it-tluq u meet-ups ta’ parteċipanti li jivvjaġġaw fil-pajjiż. Ara l-lista tal-Aġenziji Nazzjonali, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, hawnhekk.
  • Għal kwalunkwe kwistjoni jew mistoqsija speċifika oħra, il-parteċipanti jridu jikkuntattjaw lill-kuntrattur.
  • Bit-telefown jew bl-email: il-Eurodesk hu servizz ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar opportunitajiet Ewropej (eż. Programmi Ewropej għall-volontarjat, studju jew internship barra pajjiżek). Jekk jogħġbok innota li mhux se jkun jista’ jgħinek bi problemi tekniċi relatati mal-vjaġġ tad-DiscoverEU. Problemi bħal dawk jiġu indirizzati mill-kuntrattur, meta jikkuntattjak (jekk l-applikazzjoni tiegħek ikollha eżitu pożittiv). Tista’ tikkuntattja l-eqreb punt ta’ informazzjoni tal-Eurodesk permezz tal-mappa interattiva.
  • Online: l-informazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea tinsab fis-sit web Europa.
  • Personalment: mal-Ewropa kollha hemm mijiet ta’ ċentri lokali ta’ informazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru.
  • Bit-telefown jew bl-email: Europe Direct hu servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz fuq in-numru tat-telefown bla ħlas: 00 800 67 89 10 11 (ċerti operaturi tat-telefown ċellulari ma jippermettux aċċess għan-numri li jibdew biż-00800 jew jistgħu jiċċarġjaw ħlas għal dawn is-sejħiet) jew bl-email.
  • Aqra dwar l-Ewropa: Il-pubblikazzjonijiet dwar l-UE huma disponibbli billi tikklikka fuq EU Publications.
  • Ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea: l-uffiċċji tar-rappreżentanzi jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni u jimmonitorjaw l-opinjoni pubblika fil-pajjiż ospitanti. Huma jipprovdu informazzjoni dwar l-UE permezz ta’ avvenimenti u d-distribuzzjoni ta’ brochures, fuljetti u materjali oħra.
  • L-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew: ir-rwol tagħhom huwa li jżidu l-għarfien dwar il-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea u jinkoraġġixxu lin-nies jivvutaw fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej.
D. PUNTI TA’ KUNTATT RILEVANTI
Weight
2