Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#E2B30B
Cities/Points
Name
Timișoara
Country
Ir-Rumanija
Population
307000
Why visit?

Il-gastronomija tar-Rumanija għandha varjetà ta’ influwenzi kulturali - huma adattaw riċetti u stili mir-Rumani, mit-Turkija, mill-Awstrija u mill-Bulgarija, u b’hekk huwa post ideali fejn idduq ikel ġdid. Meta tkun Timișoara, ara li żżur is-suq fejn tista’ dduq prodotti friski mill-kampanja Rumena. Il-belt toffri ħafna ikel tajjeb u speċjalitajiet lokali bħas-salată de vinete, insalata tal-brunġiel mixwi, jew iż-zacuscă, dip tal-brunġiel u l-bżar aħmar. Bis-saħħa tal-istorja twila tal-innovazzjoni (Timișoara hi magħrufa bħala l-“belt tal-affarijiet ġodda”) u l-kultura tagħha, Timișoara kienet nominata Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2023, dan ta lok għal patrimonju kulturali ġdid. 

Image
Timisoara - Ir-Rumanija
Coordinates
45.7409586,21.0607041
Tags with icon
European Capital of Culture
Tasty Food
Name
Pécs
Country
L-Ungerija
Population
145011
Why visit?

L-għażla ta’ Pécs bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2010 tat spinta lir-rinnovazzjoni taż-Żona Kulturali ta’ Zsolnay, li ttrasformat bini ta’ fabbrika li ma kinitx għadha tintuża f’ċentru kulturali ġdid. Meta tmur Pécs, ħu l-opportunità li dduq l-ikel tradizzjonali Ungeriż bħall-halászlé (soppa tal-ħut sħuna u mħawra bil-paprika jaħraq) jew is-soppa sajfija bħas-spenótfozelék (soppa tal-ispinaċi) jew forsi t-tökfozelék (soppa tal-qara’ aħmar). Tista’ wkoll iżżur is-suq għall-frott u l-ħxejjex friski. Wara ikla tajba, mur passiġġata fit-triq pedonali Király u ħu kafè f’waħda mill-ħafna kafetteriji fit-triq jew ammira l-faċċati Neoklassiċi u d-djar storiċi.

Image
Pecs - L-Ungerija
Coordinates
46.0762107,17.6597034
Tags with icon
European Capital of Culture
Tasty Food
Name
Novi Sad
Country
is-Serbja
Population
289128
Why visit?

Bis-saħħa tal-influwenzi Griegi, Bulgari, Torok u Ungeriżi, l-ikel Serb hu varjat ħafna, li jagħmel is-Serbja l-post perfett biex tespandi l-orizzonti kulinari tiegħek. Żur is-swieq biex tixtri frott u ħxejjex friski u prodotti lokali. Ir-Riblja Pijaca (suq tal-ħut) kif ukoll is-Suq Futoška ta’ min tesplorahom. Novi Sad hu post fantastiku biex tesplorah bil-mixi u b’hekk tiftaħ l-aptit. Mur passiġġata fit-Triq Dunavska (id-Danubju) li hi parzjalment pedonali u ammira d-djar tipiċi mibnija f’nofs is-seklu 19, wara li Novi Sad kienet imġarrfa b’riżultat tar-rivoluzzjoni tal-1848. Aktar reċentement, Novi Sad kienet ukoll Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2022, u dan ta lok għal ħafna postijiet interessanti x’tesplora.

Image
Novi Sad - Is-Serbja
Coordinates
45.2714218,19.7670395
Tags with icon
European Capital of Culture
Tasty Food
Walkable City
Name
Skopje
Country
il-Maċedonja ta’ Fuq
Population
546824
Why visit?

Skopje għandha ġmiel uniku u storja rikka. Hu wkoll post tajjeb biex idduq l-ikla nazzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq, it-tavče gravče - stuffat tal-fażola bil-basal u taħlita ta’ ħwawar. F’Debar Maalo, żona b’toroq mimlija siġar, hemm ħafna postijiet fejn tiekol u tixrob u hu post ideali biex idduq l-ispeċjalitajiet lokali. Inkella tista’ tapprezza ftit storja fil-Bazaar il-Qadim tas-seklu 12 fi Skopje jew iżżur il-Fortizza Biżantina (u wara Ottomana) tas-seklu 6 AD, Tvrdina Kale. Ta’ min iżżur ukoll Čaršija, belt qadima Ottomana ta’ Skopje fl-għoljiet bi trejqiet imserrpin u strutturi storiċi.

Image
Skopje - Il-Maċedonja
Coordinates
41.9990608,21.3424885
Tags with icon
Tasty Food
Walkable City
Name
Plovdiv
Country
Il-Bulgarija
Population
343424
Why visit?

Plovdiv tinsab bejn il-muntanji Balkani, Sredna Gora u Rhodope, f’nofs Wied it-Traċjani. Hi mdawra bi sbuħija naturali - widien dojoq, għoljiet, foresti, kaskati - u nirrakkomandawlek vjaġġ ta’ jum biex tagħmel kuntatt man-natura. Fil-belt, hemm bosta siti interessanti xi żżur, bħat-Teatru Ruman l-antik (li għadu jintuża sal-lum) u l-knisja ta’ Sveta Bogoroditsa, mibnija fl-1884 fis-sit ta’ santwarju tas-seklu 9. Plovdiv kienet ukollKapitali Ewropea tal-Kultura fl-2019. Jew tista’ żżur wieħed mis-swieq ta’ Plovdiv biex tixtri ħxejjex lokali, ħafna drabi mibjugħa mill-bdiewa nfushom u tipprova l-boza (jew bosa), xarba ftit li xejn iffermentata magħmula mid-dqiq tal-qamħirrum, tal-qamħ jew tar-ross u magħrufa għall-proprjetajiet tajbin għas-saħħa tagħha. Il-ħxejjex iffermentati, li skont studji reċenti jikkontribwixxu għall-batterji tajbin fil-musrana, huma parti importanti mill-kċina Bulgara.

Image
Plovdiv - Il-Bulgarija
Coordinates
42.1440914,24.6584725
Tags with icon
European Capital of Culture
Tasty Food
#BeActive
Name
Istanbul
Country
It-Turkija
Population
15460000
Why visit?

Il-post fejn l-Ewropa u l-Ażja jiltaqgħu, belt vibranti, eċċitanti, inkumparabbli - merħba f’Istanbul. Din il-metropoli vibranti hi post tajjeb biex tesplora taħlita ta’ kulturi ta’ ikel. Bis-saħħa tal-varjetà tal-klima tat-Turkija, kif ukoll l-aċċess għall-baħar, u l-istorja importanti ta’ Istanbul bħala rotta kummerċjali importanti, hemm varjetà impressjonanti ta’ ingredjenti friski, ħwawar u ħxejjex aromatiċi. Istanbul hi mogħnija bi swieq tal-ikel impressjonanti, minn swieq ta’ kull ġimgħa fil-beraħ fejn issib prodotti friski mill-kampanja fil-qrib sa swieq permanenti li jbigħu ħut frisk, ħwawar u prodotti organiċi. Il-Bazaar Eġizzjan ilu jeżisti mis-snin 1660 u għalhekk joffri esperjenza kulinari u storika. Tinsiex idduq il-meraq frisk tar-rummien, li jinbiegħ fl-istaġun tiegħu f’Settembru u Ottubru minn fuq il-karettuni fil-belt.

Image
Istanbul - It-Turkija
Coordinates
40.999278,27.8295666
Tags with icon
Tasty Food
UNESCO World Heritage List
Name
Sofija
Country
Il-Bulgarija
Population
1236000
Why visit?

Sofija hi belt ħajja b’xena żagħżugħa u b’kultura kulinari vibranti. Meta tkun hemm ipprova x-shopska salata, insalata sempliċi bil-ħjar, it-tadam, il-basal, il-bżar u l-ġobon immellaħ jew it-tarator, soppa kiesħa tal-ħjar u l-yoghurt jew il-kiselo mlyako, tip ta’ yoghurt Bulgaru magħruf għat-togħma aċiduża tiegħu u l-konsistenza ħoxna tiegħu u li jingħad li għandu bosta benefiċċji għas-saħħa. Żur is-Suq Ċentrali ta’ Sofija, wieħed mill-eqdem swieq li għadu jintuża jew is-Suq tan-Nisa rinnovat dan l-aħħar biex tixtri l-ħxejjex friski u tipprepara l-ikel tiegħek stess. Bħalissa Sofija għaddejja minn rinaxximent ekoloġiku; hija għelbet il-passat industrijali tagħha u fl-2022 kienet finalista għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa. 

Image
Sofija - Il-Bulgarija
Coordinates
42.6954026,23.2415466
Tags with icon
European Green Capital
Tasty Food